×

Surah Yusuf in Maltese

Quran Maltese ⮕ Surah Yusuf

Translation of the Meanings of Surah Yusuf in Maltese - المالطية

The Quran in Maltese - Surah Yusuf translated into Maltese, Surah Yusuf in Maltese. We provide accurate translation of Surah Yusuf in Maltese - المالطية, Verses 111 - Surah Number 12 - Page 235.

بسم الله الرحمن الرحيم

الر ۚ تِلْكَ آيَاتُ الْكِتَابِ الْمُبِينِ (1)
Alif. Lam. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb (li fih kollox huwa mfisser b'mod) mill-aktar car
إِنَّا أَنزَلْنَاهُ قُرْآنًا عَرَبِيًّا لَّعَلَّكُمْ تَعْقِلُونَ (2)
Aħna nizzilnieh Qoran (bl-ilsien) Għarbi biex forsi tifhmu (li l-Awtur tiegħu ma huwa ħadd ħlief Alla; Sid il- bnedmin)
نَحْنُ نَقُصُّ عَلَيْكَ أَحْسَنَ الْقَصَصِ بِمَا أَوْحَيْنَا إِلَيْكَ هَٰذَا الْقُرْآنَ وَإِن كُنتَ مِن قَبْلِهِ لَمِنَ الْغَافِلِينَ (3)
Aħna ngħidulek (Muħammad) l-aħjar grajjiet meta qegħdin innebbħuk dan il-Qoran, u tabilħaqq li qabel kont minn dawk li ma kinux jafu (bih)
إِذْ قَالَ يُوسُفُ لِأَبِيهِ يَا أَبَتِ إِنِّي رَأَيْتُ أَحَدَ عَشَرَ كَوْكَبًا وَالشَّمْسَ وَالْقَمَرَ رَأَيْتُهُمْ لِي سَاجِدِينَ (4)
Meta Guzeppi qal lil-missieru (Gakobb): 'Missier (f'ħolma) jiena rajt ħdax-il kewkba, u x-xemx u l-qamar rajthom mixħutin quddiemi (jagħtuni gieħ)
قَالَ يَا بُنَيَّ لَا تَقْصُصْ رُؤْيَاكَ عَلَىٰ إِخْوَتِكَ فَيَكِيدُوا لَكَ كَيْدًا ۖ إِنَّ الشَّيْطَانَ لِلْإِنسَانِ عَدُوٌّ مُّبِينٌ (5)
Qal (missieru): 'Ibni, la tgħidx lil-ħutek b'dak li rajt, li ma jdaħħlukx f'xi nasba (u, fl-għira tagħhom għalik, joqtluk). Ix-Xitan tabilħaqq huwa għadu fil-beraħ tal- bniedem
وَكَذَٰلِكَ يَجْتَبِيكَ رَبُّكَ وَيُعَلِّمُكَ مِن تَأْوِيلِ الْأَحَادِيثِ وَيُتِمُّ نِعْمَتَهُ عَلَيْكَ وَعَلَىٰ آلِ يَعْقُوبَ كَمَا أَتَمَّهَا عَلَىٰ أَبَوَيْكَ مِن قَبْلُ إِبْرَاهِيمَ وَإِسْحَاقَ ۚ إِنَّ رَبَّكَ عَلِيمٌ حَكِيمٌ (6)
Hekk Sidek jaħtrek, jgħallmek. it-tifsir tal-grajjiet, u jgib fil-milja tagħha l-grazzja tiegħu fuqek u fuq nies Gakobb, bħalma. qabel kien gab il-milja tagħha fuq missirijietek Abraham u Izakk. Sidek tabilħaqq jaf kollox u Għaref
۞ لَّقَدْ كَانَ فِي يُوسُفَ وَإِخْوَتِهِ آيَاتٌ لِّلسَّائِلِينَ (7)
Tassew li f'Guzeppi u (fil-grajja tiegħu ma') ħutu hemm sinjali għal dawk li jfittxu (is-sewwa)
إِذْ قَالُوا لَيُوسُفُ وَأَخُوهُ أَحَبُّ إِلَىٰ أَبِينَا مِنَّا وَنَحْنُ عُصْبَةٌ إِنَّ أَبَانَا لَفِي ضَلَالٍ مُّبِينٍ (8)
Meta (l-aħwa ta' Guzeppi) qalu: ''Tassew li Guzeppi u J ħuh (Benjamin) huma egħzez għal missiera minna, għalkemm aħna gemgħa qawwija (mhux bħal dawn iz- zewg dgħajfin). Missierna tabilħaqq imħawwad sew (biex: qiegħed jippreferi lil dawn)i
اقْتُلُوا يُوسُفَ أَوِ اطْرَحُوهُ أَرْضًا يَخْلُ لَكُمْ وَجْهُ أَبِيكُمْ وَتَكُونُوا مِن بَعْدِهِ قَوْمًا صَالِحِينَ (9)
Oqtlu lil Guzeppi, jew keccuh f'art (oħra, imbiegħda), biex ħsieb missierkom ikun fuqkom biss, u wara dan (kollu, tindmu minn ħtijietkom u) tkunu nies gustil
قَالَ قَائِلٌ مِّنْهُمْ لَا تَقْتُلُوا يُوسُفَ وَأَلْقُوهُ فِي غَيَابَتِ الْجُبِّ يَلْتَقِطْهُ بَعْضُ السَّيَّارَةِ إِن كُنتُمْ فَاعِلِينَ (10)
Wieħed minnhom (Guda, l-akbar fost l-aħwa) qal (lil ħutu): 'La toqtlux lil-Guzeppi, izda ixħtuh f'qiegħ il- giebja, (hekk li) min ikun għaddej, jigbru jekk (daħħaltuha f'raskom li) tridu tagħmlu(lu xi ħaga biex teħilsu minnu)U
قَالُوا يَا أَبَانَا مَا لَكَ لَا تَأْمَنَّا عَلَىٰ يُوسُفَ وَإِنَّا لَهُ لَنَاصِحُونَ (11)
Huma qalu: ''Missier, għaliex ma tafdalniex lil Guzeppi, meta aħna rridulu l-gid
أَرْسِلْهُ مَعَنَا غَدًا يَرْتَعْ وَيَلْعَبْ وَإِنَّا لَهُ لَحَافِظُونَ (12)
Għada ibagħtu magħna biex jgħaddi z-zmien u jilgħab, u (serraħ rasek għaliex) aħna nieħdu ħsiebul
قَالَ إِنِّي لَيَحْزُنُنِي أَن تَذْهَبُوا بِهِ وَأَخَافُ أَن يَأْكُلَهُ الذِّئْبُ وَأَنتُمْ عَنْهُ غَافِلُونَ (13)
(Qalfi/hom missierhom): ' Tabilħaqq nitnikket li kellkom tmorru. bih, u nibza' li jieklu xi lupu meta intom ma tkunux moħħkom fih (minħabba l-logħob tagħkom)
قَالُوا لَئِنْ أَكَلَهُ الذِّئْبُ وَنَحْنُ عُصْبَةٌ إِنَّا إِذًا لَّخَاسِرُونَ (14)
Huma qalu: 'Li kieku l-lupu kellu jieklu, meta aħna gemgħa qawwija, mela (inkunu) tellifin (aħna wkoll) f
فَلَمَّا ذَهَبُوا بِهِ وَأَجْمَعُوا أَن يَجْعَلُوهُ فِي غَيَابَتِ الْجُبِّ ۚ وَأَوْحَيْنَا إِلَيْهِ لَتُنَبِّئَنَّهُم بِأَمْرِهِمْ هَٰذَا وَهُمْ لَا يَشْعُرُونَ (15)
U meta marru bih, qablu Ikoll li jqegħduh f'qiegħ il- giebja. U Aħna nebbaħnieh (b'dan li gej): 'Tabilħaqq li (jasal il-jum meta). tħabbrilhom dan l-għemil (ikrah) tagħhom, meta huma ma jintebħux (min int)
وَجَاءُوا أَبَاهُمْ عِشَاءً يَبْكُونَ (16)
Imbagħad filgħaxija gew jibku għand missierhom
قَالُوا يَا أَبَانَا إِنَّا ذَهَبْنَا نَسْتَبِقُ وَتَرَكْنَا يُوسُفَ عِندَ مَتَاعِنَا فَأَكَلَهُ الذِّئْبُ ۖ وَمَا أَنتَ بِمُؤْمِنٍ لَّنَا وَلَوْ كُنَّا صَادِقِينَ (17)
Qalu: 'Missierna, aħna morna ntellqu, u ħallejna. lil Guzeppi ma' ħwejjigna, u kielu l-lupu. M'intix se temminna, għalkemm qegħdin ngħidu s-sewwa
وَجَاءُوا عَلَىٰ قَمِيصِهِ بِدَمٍ كَذِبٍ ۚ قَالَ بَلْ سَوَّلَتْ لَكُمْ أَنفُسُكُمْ أَمْرًا ۖ فَصَبْرٌ جَمِيلٌ ۖ وَاللَّهُ الْمُسْتَعَانُ عَلَىٰ مَا تَصِفُونَ (18)
U gabu l-qmis tiegħu (imcappsa) b'demm. falz. Qalilhom): 'Le, (ma huwiex kif qegħdin tgħidu), izda intom infuskom tħajjartu tagħmlu xi ħaga. Is-sabar (f'dan il-ħin ta' niket) huwa xieraq, u mingħand Alla (biss nitlob) l-għajnuna (dwar) dan li qegħdin tgħidu
وَجَاءَتْ سَيَّارَةٌ فَأَرْسَلُوا وَارِدَهُمْ فَأَدْلَىٰ دَلْوَهُ ۖ قَالَ يَا بُشْرَىٰ هَٰذَا غُلَامٌ ۚ وَأَسَرُّوهُ بِضَاعَةً ۚ وَاللَّهُ عَلِيمٌ بِمَا يَعْمَلُونَ (19)
U giet karovana u bagħtu (/ejn il-giebja) lil-min itella' l-ilma. Dendel il-barmil tiegħu (x mera ra lil Guzeppi mqabbad mal-ħabel, stagħgeb ħafna u) qal: 'Xi bxara tajba dinl Dan tfajjelt' U ħbewh mal-merkanzija, u Alla kien jaf kollox b'dak li kienu qegħdin jagħmlu
وَشَرَوْهُ بِثَمَنٍ بَخْسٍ دَرَاهِمَ مَعْدُودَةٍ وَكَانُوا فِيهِ مِنَ الزَّاهِدِينَ (20)
Huma bigħuh bi prezz irħis, xi ftit bicciet tal-fidda, u qisuh li ma jiswiex wisq
وَقَالَ الَّذِي اشْتَرَاهُ مِن مِّصْرَ لِامْرَأَتِهِ أَكْرِمِي مَثْوَاهُ عَسَىٰ أَن يَنفَعَنَا أَوْ نَتَّخِذَهُ وَلَدًا ۚ وَكَذَٰلِكَ مَكَّنَّا لِيُوسُفَ فِي الْأَرْضِ وَلِنُعَلِّمَهُ مِن تَأْوِيلِ الْأَحَادِيثِ ۚ وَاللَّهُ غَالِبٌ عَلَىٰ أَمْرِهِ وَلَٰكِنَّ أَكْثَرَ النَّاسِ لَا يَعْلَمُونَ (21)
U l-Egizzjan li xtrah qal lil martu: 'Giblu gieħ (lif dan Guzeppi). waqt li qiegħed hawn (magħna; min jaf) jista' jkun ta' fejda għalina, jew inrabbuh qisu kien l-iben tagħna (għaliex bqajna bla tfal): 7 Hekk. saħħaħna lil Guzeppi fl-art (ta' l-Egittu), u biex ngħallmu it-tifsir tal- grajjiet (fil-ħolm). Alla għandu ħakma fuq kollox, izda ħafna min-nies ma jafux (dan)
وَلَمَّا بَلَغَ أَشُدَّهُ آتَيْنَاهُ حُكْمًا وَعِلْمًا ۚ وَكَذَٰلِكَ نَجْزِي الْمُحْسِنِينَ (22)
Meta (Guzeppi) kien fl-aħjar tiegħu (ta' tletin sena), tajnieh id-dehen u l-għerf. Hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjeb
وَرَاوَدَتْهُ الَّتِي هُوَ فِي بَيْتِهَا عَن نَّفْسِهِ وَغَلَّقَتِ الْأَبْوَابَ وَقَالَتْ هَيْتَ لَكَ ۚ قَالَ مَعَاذَ اللَّهِ ۖ إِنَّهُ رَبِّي أَحْسَنَ مَثْوَايَ ۖ إِنَّهُ لَا يُفْلِحُ الظَّالِمُونَ (23)
Izda dik li (Guzeppi) kien qiegħed f'darha (il-mara ta' sidu l-Egizzjan) ippruvat twaqqgħu (fid-dnub). Hija għalqet il-bibien u qalet: SEjjaf' Qal(i/ha Guzeppi): 'Alla ħaresl Sidi (fi huwa zewgek) laqagħni tajjeb għandu fu m'iniex se nħallsu b'ħaga kerha bħal din)l Il-ħziena ma joħorgux rebbiħin
وَلَقَدْ هَمَّتْ بِهِ ۖ وَهَمَّ بِهَا لَوْلَا أَن رَّأَىٰ بُرْهَانَ رَبِّهِ ۚ كَذَٰلِكَ لِنَصْرِفَ عَنْهُ السُّوءَ وَالْفَحْشَاءَ ۚ إِنَّهُ مِنْ عِبَادِنَا الْمُخْلَصِينَ (24)
Hija xtaqitu (b'qalbha kollha), u huwa (ta' bniedem li kien) kieku kien jixtieqha, li mhux għaliex ra l-prova cara ta' Sidu (li ħelsiru minn dak it-tigrib kbir). Hekk (għamilna biex) inwarrbu minn fuqu l-ħazen u x-xewqat taħxija. Huwa tabilħaqq fost il-qaddejja leali (ur safjin) tagħna
وَاسْتَبَقَا الْبَابَ وَقَدَّتْ قَمِيصَهُ مِن دُبُرٍ وَأَلْفَيَا سَيِّدَهَا لَدَى الْبَابِ ۚ قَالَتْ مَا جَزَاءُ مَنْ أَرَادَ بِأَهْلِكَ سُوءًا إِلَّا أَن يُسْجَنَ أَوْ عَذَابٌ أَلِيمٌ (25)
Huma t-tnejn grew lejn il-bieb, (huwa biex jaħrab minnha, u hija biex izzommu gewwa), u qattgħetlu l-qmis minn wara, (u f'dak il-ħin) Sabu (ma' wicchom) lil sidha fil-bieb. Hija qalet: 'X'għandu jkun il-ħlas ta' dak li ried id-deni lil martek, jekk mhux li jintefa' f'ħabs, jew (jieħu) kastig ta' wgigħ
قَالَ هِيَ رَاوَدَتْنِي عَن نَّفْسِي ۚ وَشَهِدَ شَاهِدٌ مِّنْ أَهْلِهَا إِن كَانَ قَمِيصُهُ قُدَّ مِن قُبُلٍ فَصَدَقَتْ وَهُوَ مِنَ الْكَاذِبِينَ (26)
Qal (Guzeppi): 'Hija ppruvat twaqqagħnil' Wieħed minn niesha xehed u qal: 'Jekk il-qmis tiegħu tqattgħet minn quddiem, mela hija qiegħda tgħid is-sewwa, u huwa mill-giddibin
وَإِن كَانَ قَمِيصُهُ قُدَّ مِن دُبُرٍ فَكَذَبَتْ وَهُوَ مِنَ الصَّادِقِينَ (27)
Izda jekk il-qmis tiegħu tqattgħet minn wara, mela hija gidbet, u huwa minn dawk li jgħidu s-sewwa
فَلَمَّا رَأَىٰ قَمِيصَهُ قُدَّ مِن دُبُرٍ قَالَ إِنَّهُ مِن كَيْدِكُنَّ ۖ إِنَّ كَيْدَكُنَّ عَظِيمٌ (28)
U meta (sid Guzeppi) ra l-qmis tiegħu mqattgħa minn wara, qal: ''Dan tabilħaqq (gej) mill-qerq tagħkom in- nisa. Tassew kbir il-qerq tagħkoml
يُوسُفُ أَعْرِضْ عَنْ هَٰذَا ۚ وَاسْتَغْفِرِي لِذَنبِكِ ۖ إِنَّكِ كُنتِ مِنَ الْخَاطِئِينَ (29)
Guzeppi, insa dan (li gara, u' titkellem ma' ħadd dwaru)l U inti (mara) itlob maħfra għal dnubek. Tabilħaqq li inti fost il-ħatjin
۞ وَقَالَ نِسْوَةٌ فِي الْمَدِينَةِ امْرَأَتُ الْعَزِيزِ تُرَاوِدُ فَتَاهَا عَن نَّفْسِهِ ۖ قَدْ شَغَفَهَا حُبًّا ۖ إِنَّا لَنَرَاهَا فِي ضَلَالٍ مُّبِينٍ (30)
Xi nisa fil-belt qalu: ''Il-mara tal-kbir ippruvat twaqqa' lill-qaddej tagħha. Hija xegħlet bl-imħabba għalih. Aħna tabilħaqq qegħdin narawha f'telfien mill-aktar car
فَلَمَّا سَمِعَتْ بِمَكْرِهِنَّ أَرْسَلَتْ إِلَيْهِنَّ وَأَعْتَدَتْ لَهُنَّ مُتَّكَأً وَآتَتْ كُلَّ وَاحِدَةٍ مِّنْهُنَّ سِكِّينًا وَقَالَتِ اخْرُجْ عَلَيْهِنَّ ۖ فَلَمَّا رَأَيْنَهُ أَكْبَرْنَهُ وَقَطَّعْنَ أَيْدِيَهُنَّ وَقُلْنَ حَاشَ لِلَّهِ مَا هَٰذَا بَشَرًا إِنْ هَٰذَا إِلَّا مَلَكٌ كَرِيمٌ (31)
U meta semgħet it-tnassis tagħhom, hija bagħtet għalihom, ħejjitilhom fejn jintasbu (għall-ikla), u tat lil kull waħda minnhom sikkina, u qalet (fil Guzeppi): Oħrog quddiemhomi' Meta rawh, faħħruh (minħabba l- gmiel tiegħu, u fid-dehxa li ħakmithom) qatgħu idejhom, u qalu: ''Alla ħarisnal Dan ma huwiex bniedem Dan ma huwiex għajr anglu mill-aqwaf
قَالَتْ فَذَٰلِكُنَّ الَّذِي لُمْتُنَّنِي فِيهِ ۖ وَلَقَدْ رَاوَدتُّهُ عَن نَّفْسِهِ فَاسْتَعْصَمَ ۖ وَلَئِن لَّمْ يَفْعَلْ مَا آمُرُهُ لَيُسْجَنَنَّ وَلَيَكُونًا مِّنَ الصَّاغِرِينَ (32)
Hija qalet: 'Dak huwa li intom kontu tlumuni dwaru; ippruvajt inwaqqgħu, kontra r-rieda tiegħu, izda zamm iebes. U jekk (issa) ma jagħmilx dak li ngħidlu, zgur li jintefa' fil-ħabs u jkun (jitqies) mal-baxxif
قَالَ رَبِّ السِّجْنُ أَحَبُّ إِلَيَّ مِمَّا يَدْعُونَنِي إِلَيْهِ ۖ وَإِلَّا تَصْرِفْ عَنِّي كَيْدَهُنَّ أَصْبُ إِلَيْهِنَّ وَأَكُن مِّنَ الْجَاهِلِينَ (33)
Huwa (talab u) qal: ''Sidi, il-ħabs huwa egħzez għalija minn dak li qegħdin isejħuli għalih, u jekk ma twarrabx minni l-qerq tagħhom, għandi mnejn inmil lejhom (bix- xewqa tal-gisem, ta' bniedem. tad-demm u l-laħam li: jien), u nkun fost l-injuranti
فَاسْتَجَابَ لَهُ رَبُّهُ فَصَرَفَ عَنْهُ كَيْدَهُنَّ ۚ إِنَّهُ هُوَ السَّمِيعُ الْعَلِيمُ (34)
U Sidu (il-Mulej Alla) semgħu (fit-talb: tiegħu), u warrab minnu l-qerq tagħhom. Huwa tabilħaqq li jisma' kollox u jaf kollox
ثُمَّ بَدَا لَهُم مِّن بَعْدِ مَا رَأَوُا الْآيَاتِ لَيَسْجُنُنَّهُ حَتَّىٰ حِينٍ (35)
Imbagħad wara li (l-Egizzjani) raw is-sinjali (li Guzeppi kien bla ħtija) dehrilhom li (ikun aħjar jekk) jitfgħuh fil- ħabs għal xi zmien
وَدَخَلَ مَعَهُ السِّجْنَ فَتَيَانِ ۖ قَالَ أَحَدُهُمَا إِنِّي أَرَانِي أَعْصِرُ خَمْرًا ۖ وَقَالَ الْآخَرُ إِنِّي أَرَانِي أَحْمِلُ فَوْقَ رَأْسِي خُبْزًا تَأْكُلُ الطَّيْرُ مِنْهُ ۖ نَبِّئْنَا بِتَأْوِيلِهِ ۖ إِنَّا نَرَاكَ مِنَ الْمُحْسِنِينَ (36)
U miegħu fil-ħabs daħlu zewg zgħazagħ, u wieħed minnhom qal: 'Jiena rajt lili nnifsi (f'ħolma) nagħsar l- inbid;' u l-ieħor qal: ''Jiena rajt lili nnifsi (f'ħolma) ingorr xi ħobz fuq rasi, u t-tjur jieklu minnu. Ħabbrilna t-tifsira ta' dan, għaliex aħna tassew qegħdin naraw li inti minn dawk li jagħmlu t-tajjeb
قَالَ لَا يَأْتِيكُمَا طَعَامٌ تُرْزَقَانِهِ إِلَّا نَبَّأْتُكُمَا بِتَأْوِيلِهِ قَبْلَ أَن يَأْتِيَكُمَا ۚ ذَٰلِكُمَا مِمَّا عَلَّمَنِي رَبِّي ۚ إِنِّي تَرَكْتُ مِلَّةَ قَوْمٍ لَّا يُؤْمِنُونَ بِاللَّهِ وَهُم بِالْآخِرَةِ هُمْ كَافِرُونَ (37)
Huwa qal(ilhom): ''Ma jigikomx ikel li jingħatalkom (ta' kuljum) li ma' nħabbrilkomx. x'inhu. qabel ma jigikom. Dan huwa minn dak (l-għerf) li għallimni Sidi. Jiena ħallejt it-twemmin (falz) ta' nies li ma jemmnux f'Alla u li jicħdu (il-Ħajja) l-Oħra
وَاتَّبَعْتُ مِلَّةَ آبَائِي إِبْرَاهِيمَ وَإِسْحَاقَ وَيَعْقُوبَ ۚ مَا كَانَ لَنَا أَن نُّشْرِكَ بِاللَّهِ مِن شَيْءٍ ۚ ذَٰلِكَ مِن فَضْلِ اللَّهِ عَلَيْنَا وَعَلَى النَّاسِ وَلَٰكِنَّ أَكْثَرَ النَّاسِ لَا يَشْكُرُونَ (38)
Jiena nimxi fuq it-twemmin ta' missirijieti Abraham, Izakk u Gakobb (li Ikoll kienu Profeti ta' Alla). Aħna (il- Mibgħutin tiegħu) ma jixirqilna (qatt) inxierku xejn (u lil ħadd) ma' Alla. Dak minħabba t-tjieba ta' Alla fuqna (li għazilna Profeti tiegħu) u fuq in-nies (l-oħra), izda ħafna. min-nies ma jizzux ħajr
يَا صَاحِبَيِ السِّجْنِ أَأَرْبَابٌ مُّتَفَرِّقُونَ خَيْرٌ أَمِ اللَّهُ الْوَاحِدُ الْقَهَّارُ (39)
Ja sħabi. t-tnejn tal-ħabs, (nixtiegkom 1għiduli jekk) humiex. aħjar. ħafna. (allat u) sidien maqsumin bejniethom, jew Alla, il-Wieħed, li jista' għal kollox
مَا تَعْبُدُونَ مِن دُونِهِ إِلَّا أَسْمَاءً سَمَّيْتُمُوهَا أَنتُمْ وَآبَاؤُكُم مَّا أَنزَلَ اللَّهُ بِهَا مِن سُلْطَانٍ ۚ إِنِ الْحُكْمُ إِلَّا لِلَّهِ ۚ أَمَرَ أَلَّا تَعْبُدُوا إِلَّا إِيَّاهُ ۚ ذَٰلِكَ الدِّينُ الْقَيِّمُ وَلَٰكِنَّ أَكْثَرَ النَّاسِ لَا يَعْلَمُونَ (40)
Intom ma tqimux, minfloku, ħlief ismijiet (fiergħa) li intom u missirijietkom semmejtu, u li Alla ma kien nizzel ebda setgħa għalihom. Il-Gudizzju huwa ta' Alla biss. Huwa amar li ma tqimux għajr lilu. Dan huwa d-din tas- sewwa, izda ħafna min-nies ma jafux
يَا صَاحِبَيِ السِّجْنِ أَمَّا أَحَدُكُمَا فَيَسْقِي رَبَّهُ خَمْرًا ۖ وَأَمَّا الْآخَرُ فَيُصْلَبُ فَتَأْكُلُ الطَّيْرُ مِن رَّأْسِهِ ۚ قُضِيَ الْأَمْرُ الَّذِي فِيهِ تَسْتَفْتِيَانِ (41)
Jassħabi t-tnejn tal-ħabs, wieħed minnkom it-tnejn (se joħrog qawwi u sħiħ mill-ħabs u) se (jerga jibda) jisqi l- inbid lil Sidu, izda l-ieħor se jissallab, u t-tjur se jieklu minn rasu. (Hekk) inqatgħet il-kwistjoni li qegħdin tistaqsu dwarha
وَقَالَ لِلَّذِي ظَنَّ أَنَّهُ نَاجٍ مِّنْهُمَا اذْكُرْنِي عِندَ رَبِّكَ فَأَنسَاهُ الشَّيْطَانُ ذِكْرَ رَبِّهِ فَلَبِثَ فِي السِّجْنِ بِضْعَ سِنِينَ (42)
U (Guzeppi) qal lil dak minnhom it-tnejn li kien jaf li kien ħieles (mill-mewr): 'Semmini ma' sidek (is-sultan, meta toħrog mill-ħabs, forsi jiena wkoll noħrog minn hawn gew).' Izda x-Xitan nessieh li kellu jsemmih ma' sidu, u (Guzeppi) baqa' fil-ħabs għal xi snin (oħra)
وَقَالَ الْمَلِكُ إِنِّي أَرَىٰ سَبْعَ بَقَرَاتٍ سِمَانٍ يَأْكُلُهُنَّ سَبْعٌ عِجَافٌ وَسَبْعَ سُنبُلَاتٍ خُضْرٍ وَأُخَرَ يَابِسَاتٍ ۖ يَا أَيُّهَا الْمَلَأُ أَفْتُونِي فِي رُؤْيَايَ إِن كُنتُمْ لِلرُّؤْيَا تَعْبُرُونَ (43)
Is-sultan (ta' l-Egittu) qal: 'Jiena rajt (f'ħolma) seba' baqriet smien jikluhom seba' (baqriet) magħluba, u seba' sbuliet ħodor u (sebgħa) oħra niexfa, Ja kbarat (tiegħi), fissruli dan li rajt fil-ħolma tiegħi, jekk tassew tafu tfissru l-ħolm
قَالُوا أَضْغَاثُ أَحْلَامٍ ۖ وَمَا نَحْنُ بِتَأْوِيلِ الْأَحْلَامِ بِعَالِمِينَ (44)
(Qaluflu): ''Taħwida sħiħa ta' ħolm ( 17 ma jfisser xejnji Aħna ma nafux kif infissru l-ħolm)
وَقَالَ الَّذِي نَجَا مِنْهُمَا وَادَّكَرَ بَعْدَ أُمَّةٍ أَنَا أُنَبِّئُكُم بِتَأْوِيلِهِ فَأَرْسِلُونِ (45)
Dak (iz-zagħzugħ) miz-zewg (ħbieb ta' Guzeppi) li kien ħeles (mill-ħabs), u li wara xi zmien kien ftakar (f'dak li talbu Guzeppi), qal(ilhom): 'Jiena nħabbrilkom it-tifsira ta' dan (i s-sultan ra fil-ħolm). Ibagħtuni (fil-ħabs għand Guzeppiji)
يُوسُفُ أَيُّهَا الصِّدِّيقُ أَفْتِنَا فِي سَبْعِ بَقَرَاتٍ سِمَانٍ يَأْكُلُهُنَّ سَبْعٌ عِجَافٌ وَسَبْعِ سُنبُلَاتٍ خُضْرٍ وَأُخَرَ يَابِسَاتٍ لَّعَلِّي أَرْجِعُ إِلَى النَّاسِ لَعَلَّهُمْ يَعْلَمُونَ (46)
(Fil-ħabs, huwa qal:) 'Guzeppi, ja bniedem tas-sewwa, fissrilna. (din. il-ħolma dwar) seba' baqriet smien. li jikluhom seba' baqriet magħlubin, u seba' sbuliet ħodor u (sebgħa) oħra niexfa. B'hekk inkun nista' mmur lura għand in-nies (tiegħi), biex forsi jsiru jafu
قَالَ تَزْرَعُونَ سَبْعَ سِنِينَ دَأَبًا فَمَا حَصَدتُّمْ فَذَرُوهُ فِي سُنبُلِهِ إِلَّا قَلِيلًا مِّمَّا تَأْكُلُونَ (47)
Qal (Guzeppi): ''Għal seba' snin tizirgħu bla waqfien, u dak li taħsdu ħalluh fis-sbul tiegħu (biex ma jsewwisx), għajr għal ftit minnu biex tieklu (issa mine)
ثُمَّ يَأْتِي مِن بَعْدِ ذَٰلِكَ سَبْعٌ شِدَادٌ يَأْكُلْنَ مَا قَدَّمْتُمْ لَهُنَّ إِلَّا قَلِيلًا مِّمَّا تُحْصِنُونَ (48)
Imbagħad wara dan jigu seba' snin ibsin (ta' nixfa kbira), li jieklu dak kollu li kontu rfajtu għalihom, għajr għal ftit li zzommu maħzun (biex terggħu rizirgħuh)
ثُمَّ يَأْتِي مِن بَعْدِ ذَٰلِكَ عَامٌ فِيهِ يُغَاثُ النَّاسُ وَفِيهِ يَعْصِرُونَ (49)
Imbagħad tigi, wara dan, sena li matulha n-nies ikollhom l-ilma (korra), u matulha (ukoll) jagħsru fiz- zejt u l-għeneb
وَقَالَ الْمَلِكُ ائْتُونِي بِهِ ۖ فَلَمَّا جَاءَهُ الرَّسُولُ قَالَ ارْجِعْ إِلَىٰ رَبِّكَ فَاسْأَلْهُ مَا بَالُ النِّسْوَةِ اللَّاتِي قَطَّعْنَ أَيْدِيَهُنَّ ۚ إِنَّ رَبِّي بِكَيْدِهِنَّ عَلِيمٌ (50)
Qal is-sultan: ''Gibuhuli (lil Guzeppi)f' Izda meta l- mibgħut (tas-sultan) gie għandu, (Guzeppi) qal(lu): Erga' lura għand sidek u staqsih x'gara min-nisa li kienu qatgħu idejhom. Sidi tabilħaqq jaf tajjeb bil-qerq tagħhom
قَالَ مَا خَطْبُكُنَّ إِذْ رَاوَدتُّنَّ يُوسُفَ عَن نَّفْسِهِ ۚ قُلْنَ حَاشَ لِلَّهِ مَا عَلِمْنَا عَلَيْهِ مِن سُوءٍ ۚ قَالَتِ امْرَأَتُ الْعَزِيزِ الْآنَ حَصْحَصَ الْحَقُّ أَنَا رَاوَدتُّهُ عَن نَّفْسِهِ وَإِنَّهُ لَمِنَ الصَّادِقِينَ (51)
Qal (is-sultan lil-dawk in-nisa): 'X'kienet din tagħkom, meta ppruvajtu twaqqgħu lil-Guzeppif' Qalu: ''Alla ħarisnal Aħna ma rajna ebda deni minnul' Il-mara tal- kbir qalet: 'Issa deher is-sewwa Kont jiena li ppruvajt inwaqqgħu, u huwa tabilħaqq minn dawk li jgħidu u jagħmlu s-sewwat
ذَٰلِكَ لِيَعْلَمَ أَنِّي لَمْ أَخُنْهُ بِالْغَيْبِ وَأَنَّ اللَّهَ لَا يَهْدِي كَيْدَ الْخَائِنِينَ (52)
(Imbagħad Guzeppi qal: ''Qiegħed ngħid) dan biex (sidi) ikun jaf li jiena ma ttradejtux bil-moħbi, u li Alla ma jgibx 'il-quddiem il-qerq tat-tradituri
۞ وَمَا أُبَرِّئُ نَفْسِي ۚ إِنَّ النَّفْسَ لَأَمَّارَةٌ بِالسُّوءِ إِلَّا مَا رَحِمَ رَبِّي ۚ إِنَّ رَبِّي غَفُورٌ رَّحِيمٌ (53)
Jiena ma neħlisx lili nnifsi mill-ħtija. Ir-ruħ. tassew tamar (lill-bniedem) ħafna l-ħazen, ħlief dik ir-ruħ li jħenn (għaliha) Sidi (il-Mulej). Sidi tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin
وَقَالَ الْمَلِكُ ائْتُونِي بِهِ أَسْتَخْلِصْهُ لِنَفْسِي ۖ فَلَمَّا كَلَّمَهُ قَالَ إِنَّكَ الْيَوْمَ لَدَيْنَا مَكِينٌ أَمِينٌ (54)
U qal is-sultan: 'Gibuhulil Inzommu għalija nnifsil' U meta (Guzeppi) kellmu, qal(lu s-sultan): Inti Hum tabilħaqq tinsab għandna, fis-sod ui fdat
قَالَ اجْعَلْنِي عَلَىٰ خَزَائِنِ الْأَرْضِ ۖ إِنِّي حَفِيظٌ عَلِيمٌ (55)
Qal (Guzeppi): 'Qegħedni fuq l-imħazen ta' l-art (kollha ta' l-Egittu). Jiena naf inħarishom
وَكَذَٰلِكَ مَكَّنَّا لِيُوسُفَ فِي الْأَرْضِ يَتَبَوَّأُ مِنْهَا حَيْثُ يَشَاءُ ۚ نُصِيبُ بِرَحْمَتِنَا مَن نَّشَاءُ ۖ وَلَا نُضِيعُ أَجْرَ الْمُحْسِنِينَ (56)
Hekk saħħaħna lil Guzeppi fl-art (ta' l-Egittu bis- setgħa u bil-gieħ), biex jgħix kull fejn irid fiha. Aħna nagħtu l-ħniena tagħna lil min irridu, u m'Aħniex se ntellfu l-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb
وَلَأَجْرُ الْآخِرَةِ خَيْرٌ لِّلَّذِينَ آمَنُوا وَكَانُوا يَتَّقُونَ (57)
Tassew li l-ħlas ta' l-Oħra (tal-Ħajja l-Oħra) huwa l- aħjar għal dawk li jemmnu u jibzgħu minn Alla
وَجَاءَ إِخْوَةُ يُوسُفَ فَدَخَلُوا عَلَيْهِ فَعَرَفَهُمْ وَهُمْ لَهُ مُنكِرُونَ (58)
U gew ħut Guzeppi, daħlu quddiemu u hu għarafhom. izda huma ma għarfuhx
وَلَمَّا جَهَّزَهُم بِجَهَازِهِمْ قَالَ ائْتُونِي بِأَخٍ لَّكُم مِّنْ أَبِيكُمْ ۚ أَلَا تَرَوْنَ أَنِّي أُوفِي الْكَيْلَ وَأَنَا خَيْرُ الْمُنزِلِينَ (59)
U meta tahom dak li kienu jeħtiegu, qal(i/hom): ''Gibuli lil (Benjamin) ħukom minn missierkom (izda minn omm oħra)l Mela ma tarawx li jiena nagħti kejl tajjeb, u li jiena l-aħjar fost dawk li jilqgħu n-nies għandhom
فَإِن لَّمْ تَأْتُونِي بِهِ فَلَا كَيْلَ لَكُمْ عِندِي وَلَا تَقْرَبُونِ (60)
Jekk ma ggibuhulix, (mil-lum 'il quddiem) ma jkollkom mingħandi ebda kejl (ta ' qamħ), u lanqas toqorbu lejjal
قَالُوا سَنُرَاوِدُ عَنْهُ أَبَاهُ وَإِنَّا لَفَاعِلُونَ (61)
Qalu (l-aħwa): ''Se naraw kif nikkonvincu lil missieru (b'xi mod jew ieħor) dwaru, Dan tabilħaqq nagħmluhi
وَقَالَ لِفِتْيَانِهِ اجْعَلُوا بِضَاعَتَهُمْ فِي رِحَالِهِمْ لَعَلَّهُمْ يَعْرِفُونَهَا إِذَا انقَلَبُوا إِلَىٰ أَهْلِهِمْ لَعَلَّهُمْ يَرْجِعُونَ (62)
U (Guzeppi) qal lill-qaddejja tiegħu: ''Qiegħdu l- merkanzija tagħhom (li gabu magħhom biex jibdluha ma' l-ikel) fil-ħorgiet tagħhomt Għandhom imnejn jagħrfuha meta jmorru lura għand nieshom, biex forsi jerggħu lura (hawn fl-Egittu)
فَلَمَّا رَجَعُوا إِلَىٰ أَبِيهِمْ قَالُوا يَا أَبَانَا مُنِعَ مِنَّا الْكَيْلُ فَأَرْسِلْ مَعَنَا أَخَانَا نَكْتَلْ وَإِنَّا لَهُ لَحَافِظُونَ (63)
U meta reggħu lura għand missierhom, (qabel ma ferħu l-ħorgier) qalu: ''Missierna, (jekk m'aħniex se nieħdu magħna lil ħuna Benjamin fl-Egittu), se niccaħħdu mill- kejl (tal-qamħ u se nibqgħu b'xejn). Għalhekk ibgħat magħna lil ħuna (Berjamin) biex nieħdu l-kejl tagħna, (u serraħ rasek) għaliex aħna tassew nieħdu ħsiebu
قَالَ هَلْ آمَنُكُمْ عَلَيْهِ إِلَّا كَمَا أَمِنتُكُمْ عَلَىٰ أَخِيهِ مِن قَبْلُ ۖ فَاللَّهُ خَيْرٌ حَافِظًا ۖ وَهُوَ أَرْحَمُ الرَّاحِمِينَ (64)
Qal (missierhom: Gakobb): ''Nafdakom bih bħalma qabel kont fdajtkom b'ħuh (Guzeppi) 7 Izda Alla huwa l- Aħjar li jieħu ħsieb (il-bnedmin), u Huwa l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennu
وَلَمَّا فَتَحُوا مَتَاعَهُمْ وَجَدُوا بِضَاعَتَهُمْ رُدَّتْ إِلَيْهِمْ ۖ قَالُوا يَا أَبَانَا مَا نَبْغِي ۖ هَٰذِهِ بِضَاعَتُنَا رُدَّتْ إِلَيْنَا ۖ وَنَمِيرُ أَهْلَنَا وَنَحْفَظُ أَخَانَا وَنَزْدَادُ كَيْلَ بَعِيرٍ ۖ ذَٰلِكَ كَيْلٌ يَسِيرٌ (65)
U meta fetħu s-soror tagħhom sabu li l-merkanzija tagħhom (li kienu ħadu magħhom) intraddet lilhom, u qalu: ''Missierna, xi rridu (aktar minn hekk) 2: Din il- merkanzija tagħna ntraddet lilna (mingħajr ma nafu kif. u issa nistgħu) niksbu ikel (ieħor) għal niesna, nieħdu ħsieb ħuna, u nizdiedu (fil-qmuħ u fl-ikel) daqs tagħbija ta' gemel. Dan huwa (/assew) kejl ħafif (biex ingibuh)
قَالَ لَنْ أُرْسِلَهُ مَعَكُمْ حَتَّىٰ تُؤْتُونِ مَوْثِقًا مِّنَ اللَّهِ لَتَأْتُنَّنِي بِهِ إِلَّا أَن يُحَاطَ بِكُمْ ۖ فَلَمَّا آتَوْهُ مَوْثِقَهُمْ قَالَ اللَّهُ عَلَىٰ مَا نَقُولُ وَكِيلٌ (66)
(Gakobb) qal: ''Ma nibagħtux (lil Benjamin) magħkom qabel ma taħilfuli quddiem Alla li ggibuhuli lura, għajr jekk. (intom stess) tkunu mdawra (mill-għedewwa u tingħelbu).' U meta ħalfulu, qal: ''Alla jixhed għal dan li ngħidul
وَقَالَ يَا بَنِيَّ لَا تَدْخُلُوا مِن بَابٍ وَاحِدٍ وَادْخُلُوا مِنْ أَبْوَابٍ مُّتَفَرِّقَةٍ ۖ وَمَا أُغْنِي عَنكُم مِّنَ اللَّهِ مِن شَيْءٍ ۖ إِنِ الْحُكْمُ إِلَّا لِلَّهِ ۖ عَلَيْهِ تَوَكَّلْتُ ۖ وَعَلَيْهِ فَلْيَتَوَكَّلِ الْمُتَوَكِّلُونَ (67)
U qal (missierhom Gakobb): 'Ja wliedi, la tidħlux minn bieb wieħed, izda idħlu minn bosta bibien (biex ma tolqotkomx għajn ħazina). Jiena ma niswielkom xejn quddiem Alla. Il-ħaqq huwa biss ta' Alla, u jiena ħallejt f'idejh. U ħa jħallu f'idejh dawk (kollha) li jafdaw (f'xi ħaddji)
وَلَمَّا دَخَلُوا مِنْ حَيْثُ أَمَرَهُمْ أَبُوهُم مَّا كَانَ يُغْنِي عَنْهُم مِّنَ اللَّهِ مِن شَيْءٍ إِلَّا حَاجَةً فِي نَفْسِ يَعْقُوبَ قَضَاهَا ۚ وَإِنَّهُ لَذُو عِلْمٍ لِّمَا عَلَّمْنَاهُ وَلَٰكِنَّ أَكْثَرَ النَّاسِ لَا يَعْلَمُونَ (68)
U meta daħlu minn fejn kien amrilhom missierhom, (dan) ma kien swielhom xejn quddiem Alla, u (il-kliem li kien qalilhom missierhom kien) biss ħtiega ta': Gakobb innifsu (li xtaq li ma jigri xejn lil uliedu, u issa dik il- ħtiega) kien qdieha. Huwa tabilħaqq kellu l-għarfien minħabba dak li għallimnieh (bit-tnebbiħ tagħna), izda ħafna min-nies ma jafux
وَلَمَّا دَخَلُوا عَلَىٰ يُوسُفَ آوَىٰ إِلَيْهِ أَخَاهُ ۖ قَالَ إِنِّي أَنَا أَخُوكَ فَلَا تَبْتَئِسْ بِمَا كَانُوا يَعْمَلُونَ (69)
U meta daħlu quddiem Guzeppi, laqa' għandu lil-ħuh (Benjamin). u qal(lu mingħajr ma semgħuh l-aħwa l- oħra): 'Jiena tabilħaqq ħuk, u la titnikkitx b'dak li (ħutna) kienu jagħmlu(Ina)
فَلَمَّا جَهَّزَهُم بِجَهَازِهِمْ جَعَلَ السِّقَايَةَ فِي رَحْلِ أَخِيهِ ثُمَّ أَذَّنَ مُؤَذِّنٌ أَيَّتُهَا الْعِيرُ إِنَّكُمْ لَسَارِقُونَ (70)
U meta tahom dak li kienu jeħtiegu, huwa qiegħed it- tazza fil-ħorga ta' ħuh (Benjamin). U dak li (xogħlu kien li) isejjaħ, għajjat (dan il-kliem): ''Intom tal-karovana, intom tassew ħallelini
قَالُوا وَأَقْبَلُوا عَلَيْهِم مَّاذَا تَفْقِدُونَ (71)
Qalu (l-aħwa), filwaqt li daru lejhom: Xi tliftu
قَالُوا نَفْقِدُ صُوَاعَ الْمَلِكِ وَلِمَن جَاءَ بِهِ حِمْلُ بَعِيرٍ وَأَنَا بِهِ زَعِيمٌ (72)
Qalu (il-qaddejja Egizzjani): ''Tlifna t-tazza tas-sultan. U (Guzeppi qal): 'Min igibha (lura), jingħata b'tagħbija ta' gemel. (fi qmuħ u ikel), u Jiena marbut b'dan (li qiegħed inwiegħed)
قَالُوا تَاللَّهِ لَقَدْ عَلِمْتُم مَّا جِئْنَا لِنُفْسِدَ فِي الْأَرْضِ وَمَا كُنَّا سَارِقِينَ (73)
Qalu (l-aħwa): 'Fuq Alla' Intom tafu li ma gejniex biex nagħmlu ħsara fl-art, u li m'aħniex ħallelin
قَالُوا فَمَا جَزَاؤُهُ إِن كُنتُمْ كَاذِبِينَ (74)
(L-Egizzjani) qalu: ''Xi jkun il-ħlas ta' dak (l-għemil), jekk (jinsab li) intom giddibin
قَالُوا جَزَاؤُهُ مَن وُجِدَ فِي رَحْلِهِ فَهُوَ جَزَاؤُهُ ۚ كَذَٰلِكَ نَجْزِي الظَّالِمِينَ (75)
Qalu (l-aħwa): 'Il-ħlas ta' dak li (it-tazza) tinsab fil- ħorga tiegħu (ikun li) huwa (stess jinzamm maqbud) bħala kumpens. Hekk inħallsu lill-ħziena (skond il-ligi tagħna)
فَبَدَأَ بِأَوْعِيَتِهِمْ قَبْلَ وِعَاءِ أَخِيهِ ثُمَّ اسْتَخْرَجَهَا مِن وِعَاءِ أَخِيهِ ۚ كَذَٰلِكَ كِدْنَا لِيُوسُفَ ۖ مَا كَانَ لِيَأْخُذَ أَخَاهُ فِي دِينِ الْمَلِكِ إِلَّا أَن يَشَاءَ اللَّهُ ۚ نَرْفَعُ دَرَجَاتٍ مَّن نَّشَاءُ ۗ وَفَوْقَ كُلِّ ذِي عِلْمٍ عَلِيمٌ (76)
Għalhekk (Guzeppi) beda (ifittex) fis-soror tagħhom qabel (ina fittex) fis-sorra ta' ħuh (Benjamin), imbagħad ħarigha mis-sorra ta' ħuh. Hekk fassalna l-pjan tagħna għal Guzeppi (biex izomm lil ħuh miegħu). Huwa ma kienx jista' jaqbad lil ħuh bil-ligi tas-sultan, ħlief jekk Alla ried (li dan iseħħ), Aħna ngħollu fi gradi (ta' għerf u gieħ). lil-min irridu, u fuq kull bniedem ta' għarfien hemm Dak li jaf kollox
۞ قَالُوا إِن يَسْرِقْ فَقَدْ سَرَقَ أَخٌ لَّهُ مِن قَبْلُ ۚ فَأَسَرَّهَا يُوسُفُ فِي نَفْسِهِ وَلَمْ يُبْدِهَا لَهُمْ ۚ قَالَ أَنتُمْ شَرٌّ مَّكَانًا ۖ وَاللَّهُ أَعْلَمُ بِمَا تَصِفُونَ (77)
Qalu: 'Jekk seraq, (din ma hijiex xi ħaga stramba għaliex) wieħed minn ħutu kien seraq qabel. (ir mingħalihom li kien Guzeppi).' Izda Guzeppi zamm (dan kollu) mistur fih innifsu u ma wrihulhomx: Huwa qal (bejnu u bejn ruħu, filwaqt li fiakar. f'dak li ħutu kienu għamlulu fl-imgħoddi): ''Intom. tinsabu f'qagħda agħar (minn hekk), u Alla jaf l-aktar b'dak li qegħdin tgħidu (iu tħarrfu)
قَالُوا يَا أَيُّهَا الْعَزِيزُ إِنَّ لَهُ أَبًا شَيْخًا كَبِيرًا فَخُذْ أَحَدَنَا مَكَانَهُ ۖ إِنَّا نَرَاكَ مِنَ الْمُحْسِنِينَ (78)
Qalu: 'Ja ħakem, (kun af li) missieru xiħ ħafna. Mela ħu wieħed minna minflokul Aħna tabilħaqq naraw li inti minn dawk li jagħmlu t-tajjeb
قَالَ مَعَاذَ اللَّهِ أَن نَّأْخُذَ إِلَّا مَن وَجَدْنَا مَتَاعَنَا عِندَهُ إِنَّا إِذًا لَّظَالِمُونَ (79)
Qal (Guzeppi): 'Alla ħares nieħdu (€ nzommu maqbud) ħlief lil dak li għandu sibna ħwejjigna (it-tazza tas- sultan, għaliex) inkella nkunu tabilħaqq ingusti
فَلَمَّا اسْتَيْأَسُوا مِنْهُ خَلَصُوا نَجِيًّا ۖ قَالَ كَبِيرُهُمْ أَلَمْ تَعْلَمُوا أَنَّ أَبَاكُمْ قَدْ أَخَذَ عَلَيْكُم مَّوْثِقًا مِّنَ اللَّهِ وَمِن قَبْلُ مَا فَرَّطتُمْ فِي يُوسُفَ ۖ فَلَنْ أَبْرَحَ الْأَرْضَ حَتَّىٰ يَأْذَنَ لِي أَبِي أَوْ يَحْكُمَ اللَّهُ لِي ۖ وَهُوَ خَيْرُ الْحَاكِمِينَ (80)
Meta qatgħu jieshom minnu, warrbu (minn ħdejn Guzeppi) biex jitħaddtu bejniethom (dwar x'kellu jsir), u l-kbir fosthom (Guda) qal: ''Mela ma tafux li missierkom ħa l-kelma tagħkom quddiem Alla u kif, qabel (ma seħħ dan, kontu diga) inqastu(h) minħabba (dak li għamiltu lil) Guzeppi. Għalhekk m'iniex se nħalli (din) l-art qabel ma' missieri jħallini (nagħmel dan), jew (inkella) Alla jaqtagħha għalija (x'se jsir minni). Huwa l-Aħjar fost l- imħallfinl
ارْجِعُوا إِلَىٰ أَبِيكُمْ فَقُولُوا يَا أَبَانَا إِنَّ ابْنَكَ سَرَقَ وَمَا شَهِدْنَا إِلَّا بِمَا عَلِمْنَا وَمَا كُنَّا لِلْغَيْبِ حَافِظِينَ (81)
(Erggħu lura għand missierkom u għiduf/u): 'Missierna, tassew li ibnek seraq, u ma nixhdux għajr għal dak li sirna nafu. U (meta tajniek kelmitna) lanqas ma stajna nkunu nafu l-mistur (u rza konniex nafu li Benjamin se jisraq)
وَاسْأَلِ الْقَرْيَةَ الَّتِي كُنَّا فِيهَا وَالْعِيرَ الَّتِي أَقْبَلْنَا فِيهَا ۖ وَإِنَّا لَصَادِقُونَ (82)
Staqsi fil-belt li konna fiha, u l-karovana li gejna magħha, (u tara) li aħna tabilħaqq qegħdin ngħidu s- sewwa
قَالَ بَلْ سَوَّلَتْ لَكُمْ أَنفُسُكُمْ أَمْرًا ۖ فَصَبْرٌ جَمِيلٌ ۖ عَسَى اللَّهُ أَن يَأْتِيَنِي بِهِمْ جَمِيعًا ۚ إِنَّهُ هُوَ الْعَلِيمُ الْحَكِيمُ (83)
Qal (Gakobb): ''Le, (mhux kif qegħdin tgħidu), izda intom infuskom tħajjartu tagħmlu ħaga (ħazina bħal din). Is-sabar xieraq (għalija f'dan il-ħin ta' niket). Għandu mnejn Alla jgibhomli Ikoll (lil uliedi Guzeppi, Benjamin u Guda). Huwa tabilħaqq jaf kollox u Għaref
وَتَوَلَّىٰ عَنْهُمْ وَقَالَ يَا أَسَفَىٰ عَلَىٰ يُوسُفَ وَابْيَضَّتْ عَيْنَاهُ مِنَ الْحُزْنِ فَهُوَ كَظِيمٌ (84)
U telaqhom (mgħaddab u mnikket għall-aħħar) u qal: SX'għali għandi għal Guzeppil' U għajnejh bjadu bin- niket (ww bil-biki bla waqfien, hekk li ma baqax jara) u għamel wisq f'qalbu
قَالُوا تَاللَّهِ تَفْتَأُ تَذْكُرُ يُوسُفَ حَتَّىٰ تَكُونَ حَرَضًا أَوْ تَكُونَ مِنَ الْهَالِكِينَ (85)
Qalu: 'Fuq Allal Mela m'inti se tieqaf (qafr) tiftakar f'Guzeppi, sa ma tinfena bil-mard, jew tkun mill- meqrudin
قَالَ إِنَّمَا أَشْكُو بَثِّي وَحُزْنِي إِلَى اللَّهِ وَأَعْلَمُ مِنَ اللَّهِ مَا لَا تَعْلَمُونَ (86)
Qal (Gakobb): ''Qiegħed biss nuri d-diqa u n-niket tiegħi lil Alla, u jiena naf minn Alla dak li ma tafux
يَا بَنِيَّ اذْهَبُوا فَتَحَسَّسُوا مِن يُوسُفَ وَأَخِيهِ وَلَا تَيْأَسُوا مِن رَّوْحِ اللَّهِ ۖ إِنَّهُ لَا يَيْأَسُ مِن رَّوْحِ اللَّهِ إِلَّا الْقَوْمُ الْكَافِرُونَ (87)
Uliedi, morru u fittxu lil-Guzeppi u lil ħuh, u taqtgħux jieskom mit-tjieba u mill-ħniena ta' Alla, Tabilħaqq li ħadd ma jaqta' jiesu mit-tjieba u mill-ħniena ta' Alla għajr dawk li ma jemmnux
فَلَمَّا دَخَلُوا عَلَيْهِ قَالُوا يَا أَيُّهَا الْعَزِيزُ مَسَّنَا وَأَهْلَنَا الضُّرُّ وَجِئْنَا بِبِضَاعَةٍ مُّزْجَاةٍ فَأَوْفِ لَنَا الْكَيْلَ وَتَصَدَّقْ عَلَيْنَا ۖ إِنَّ اللَّهَ يَجْزِي الْمُتَصَدِّقِينَ (88)
U meta (l-aħwa waslu għand: Guzeppi u) daħlu quddiemu, qalu: 'Ja ħakem, il-ħsara messet lilna u lil niesna (minħabba l-guħ u n-nixfa f'artna, hekk li issa) ftit li xejn gibna merkanzija (għat-tpartit)j. Għalhekk (kun ħanin magħna u) agħtina kejl sħiħ, u agħmel karita magħna, Tabilħaqq li Alla jħallas lil dawk li jagħmlu karita
قَالَ هَلْ عَلِمْتُم مَّا فَعَلْتُم بِيُوسُفَ وَأَخِيهِ إِذْ أَنتُمْ جَاهِلُونَ (89)
Qal: 'Tafu x'għamiltu lil Guzeppi (f'zgħozirkomi, u lil ħuh (Benjamin), fl-injuranza tagħkom
قَالُوا أَإِنَّكَ لَأَنتَ يُوسُفُ ۖ قَالَ أَنَا يُوسُفُ وَهَٰذَا أَخِي ۖ قَدْ مَنَّ اللَّهُ عَلَيْنَا ۖ إِنَّهُ مَن يَتَّقِ وَيَصْبِرْ فَإِنَّ اللَّهَ لَا يُضِيعُ أَجْرَ الْمُحْسِنِينَ (90)
Qalu: ''Jaqaw inti Guzeppi 7' Qal: 'Jiena Guzeppi u dan. ħija (Benjamin). Alla ħaseb fina (u ħelisna minn kull saram). Tassew li min jibza' minn Alla u jistabar, Alla tabilħaqq ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb
قَالُوا تَاللَّهِ لَقَدْ آثَرَكَ اللَّهُ عَلَيْنَا وَإِن كُنَّا لَخَاطِئِينَ (91)
Qalu: 'Fuq Allat Tassew li Alla għazlek u ppreferiek minna, u aħna konna tassew il-ħatjini
قَالَ لَا تَثْرِيبَ عَلَيْكُمُ الْيَوْمَ ۖ يَغْفِرُ اللَّهُ لَكُمْ ۖ وَهُوَ أَرْحَمُ الرَّاحِمِينَ (92)
Qal (Guzeppi): ''(Ħalli ma jkun hemm) ebda ħtija fuqkom illumt Alla jaħfrilkom, u Huwa l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennu
اذْهَبُوا بِقَمِيصِي هَٰذَا فَأَلْقُوهُ عَلَىٰ وَجْهِ أَبِي يَأْتِ بَصِيرًا وَأْتُونِي بِأَهْلِكُمْ أَجْمَعِينَ (93)
Morru b'din il-qmis tiegħi, ixħtuha fuq wicc missieri, u jerga' jibda jara' Imbagħad ejjew għandi b'nieskom, ilkollt
وَلَمَّا فَصَلَتِ الْعِيرُ قَالَ أَبُوهُمْ إِنِّي لَأَجِدُ رِيحَ يُوسُفَ ۖ لَوْلَا أَن تُفَنِّدُونِ (94)
U meta l-karovana telqet (mill-Egittu lejn l-art ta' Kangħan), missierhom qal: 'Jiena tabilħaqq qiegħed naqbad ir-riħa ta' Guzeppi, għalkemm intom tqisuni xiħ zmagat
قَالُوا تَاللَّهِ إِنَّكَ لَفِي ضَلَالِكَ الْقَدِيمِ (95)
Qalu (niesu): 'Fuq Alla, inti tassew għadek fit-taħwid ta' qabel: (minħabba. l-fissazzjoni tiegħek dwar Guzeppi)U
فَلَمَّا أَن جَاءَ الْبَشِيرُ أَلْقَاهُ عَلَىٰ وَجْهِهِ فَارْتَدَّ بَصِيرًا ۖ قَالَ أَلَمْ أَقُل لَّكُمْ إِنِّي أَعْلَمُ مِنَ اللَّهِ مَا لَا تَعْلَمُونَ (96)
Imbagħad meta gie dak li jagħti l-bxara t-tajba, xeħetha (il-qmis) fuq wiccu u (Gakobb) rega' beda jara. Qalilhom (missierhom): ''Ma għedtilkomx. li jiena naf minn Alla dak li ma tafux
قَالُوا يَا أَبَانَا اسْتَغْفِرْ لَنَا ذُنُوبَنَا إِنَّا كُنَّا خَاطِئِينَ (97)
Qalu: ''Missierna, itlob' biex. dnubietna. jinħafru, (għaliex) aħna konna tassew ħatjin
قَالَ سَوْفَ أَسْتَغْفِرُ لَكُمْ رَبِّي ۖ إِنَّهُ هُوَ الْغَفُورُ الرَّحِيمُ (98)
(Qalilhom): 'Se nitlob lil Sidi (il-Mulej). jaħfrilkom. Huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin
فَلَمَّا دَخَلُوا عَلَىٰ يُوسُفَ آوَىٰ إِلَيْهِ أَبَوَيْهِ وَقَالَ ادْخُلُوا مِصْرَ إِن شَاءَ اللَّهُ آمِنِينَ (99)
U meta (Gakobb, uliedu, u nieshom) daħlu quddiem Guzeppi, huwa laqa' għandu lill-genituri tiegħu, u qal: SIdhlu (ilkoll) fl-Egittu mħarsin, jekk Alla jridi
وَرَفَعَ أَبَوَيْهِ عَلَى الْعَرْشِ وَخَرُّوا لَهُ سُجَّدًا ۖ وَقَالَ يَا أَبَتِ هَٰذَا تَأْوِيلُ رُؤْيَايَ مِن قَبْلُ قَدْ جَعَلَهَا رَبِّي حَقًّا ۖ وَقَدْ أَحْسَنَ بِي إِذْ أَخْرَجَنِي مِنَ السِّجْنِ وَجَاءَ بِكُم مِّنَ الْبَدْوِ مِن بَعْدِ أَن نَّزَغَ الشَّيْطَانُ بَيْنِي وَبَيْنَ إِخْوَتِي ۚ إِنَّ رَبِّي لَطِيفٌ لِّمَا يَشَاءُ ۚ إِنَّهُ هُوَ الْعَلِيمُ الْحَكِيمُ (100)
U (Guzeppi) għolla lill-genituri tiegħu fuq it-tron (tal- gieħ), u. Ikoll inxteħtu fl-art quddiemu. Huwa qal: ''Missier, din hija t-tifsira tal-ħolma tiegħi (Zi kont ħlomt). qabel (u li kont għarrafthielek), u Sidi (il-Mulej) tabilħaqq gabha fis-seħħ. Huwa kien tajjeb miegħi meta ħarigni mill-ħabs, u (/ilkom) gabkom mid-dezert, wara li x-Xitan kien gab firda bejni u bejn ħuti. Sidi tabilħaqq jaħdem bil-ħlewwa u b'mod mistur. biex jilħaq dak li jrid. Huwa li jaf kollox, l-Għaref
۞ رَبِّ قَدْ آتَيْتَنِي مِنَ الْمُلْكِ وَعَلَّمْتَنِي مِن تَأْوِيلِ الْأَحَادِيثِ ۚ فَاطِرَ السَّمَاوَاتِ وَالْأَرْضِ أَنتَ وَلِيِّي فِي الدُّنْيَا وَالْآخِرَةِ ۖ تَوَفَّنِي مُسْلِمًا وَأَلْحِقْنِي بِالصَّالِحِينَ (101)
Sidi (il-Midej), Inti tajtni s-setgħa u għallimtni tifsir il- grajjiet (kif jidhru fil-ħolm). Ħallieq is-smewwiet u l-art, Inti tieħu ħsiebi f'(din) id-dinja u fl-Oħra. Ħudli ruħi meta jiena Mislem, u laqqagħni mal-gusti
ذَٰلِكَ مِنْ أَنبَاءِ الْغَيْبِ نُوحِيهِ إِلَيْكَ ۖ وَمَا كُنتَ لَدَيْهِمْ إِذْ أَجْمَعُوا أَمْرَهُمْ وَهُمْ يَمْكُرُونَ (102)
Dawk huma xi ftit mill-grajjiet mistura (dwar Guzeppi) li Aħna nnebbħulek ( Muħammad, u ngħallmuk). Inti ma kontx. magħhom: (ħut Guzeppi) meta qatgħuha x'għandhom jagħmlu, huma u jħejju n-nasba tagħhom
وَمَا أَكْثَرُ النَّاسِ وَلَوْ حَرَصْتَ بِمُؤْمِنِينَ (103)
Izda ħafna min-nies ma jemmnux, minkejja. l-ħegga tiegħek (Muħammad)
وَمَا تَسْأَلُهُمْ عَلَيْهِ مِنْ أَجْرٍ ۚ إِنْ هُوَ إِلَّا ذِكْرٌ لِّلْعَالَمِينَ (104)
Inti ma titlobx minnhom ħlas għal dan (it-tħabrik tiegħek. fosthom). Dan (il-Qoran) ma huwiex. għajr tifkira (u twissija) lill-ħolqien
وَكَأَيِّن مِّنْ آيَةٍ فِي السَّمَاوَاتِ وَالْأَرْضِ يَمُرُّونَ عَلَيْهَا وَهُمْ عَنْهَا مُعْرِضُونَ (105)
U kemm-il sinjal fis-smewwiet u fl-art (li juru li hemm Alla Wieħed) jiltaqgħu magħhom, izda huma ma jagħtux kas (tagħhom)
وَمَا يُؤْمِنُ أَكْثَرُهُم بِاللَّهِ إِلَّا وَهُم مُّشْرِكُونَ (106)
il-kotra tagħhom ma jemmnux f'Alla, ħlief meta jxierku (allat oħra miegħu)
أَفَأَمِنُوا أَن تَأْتِيَهُمْ غَاشِيَةٌ مِّنْ عَذَابِ اللَّهِ أَوْ تَأْتِيَهُمُ السَّاعَةُ بَغْتَةً وَهُمْ لَا يَشْعُرُونَ (107)
Jaqaw serrħu rashom li ma huwiex se-jigi fuqhom il- kastig ta' Alla li jgħattihom (vzinni kullimkien), jew li ma hijiex se tigi s-Siegħa għal għarrieda, mingħajr ma jintebħu
قُلْ هَٰذِهِ سَبِيلِي أَدْعُو إِلَى اللَّهِ ۚ عَلَىٰ بَصِيرَةٍ أَنَا وَمَنِ اتَّبَعَنِي ۖ وَسُبْحَانَ اللَّهِ وَمَا أَنَا مِنَ الْمُشْرِكِينَ (108)
Għid (Muħammad): ''Din triqti (u ma fiha ebda tagħwig). Jiena nsejjaħ (biex idduru) lejn Alla. Jiena u min jimxi warajja għandna għarfien sħiħ. Sebħ lil Allat M'iniex minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Allajf)
وَمَا أَرْسَلْنَا مِن قَبْلِكَ إِلَّا رِجَالًا نُّوحِي إِلَيْهِم مِّنْ أَهْلِ الْقُرَىٰ ۗ أَفَلَمْ يَسِيرُوا فِي الْأَرْضِ فَيَنظُرُوا كَيْفَ كَانَ عَاقِبَةُ الَّذِينَ مِن قَبْلِهِمْ ۗ وَلَدَارُ الْآخِرَةِ خَيْرٌ لِّلَّذِينَ اتَّقَوْا ۗ أَفَلَا تَعْقِلُونَ (109)
Qablek. (Muħammad). ma. bgħatniex għajr irgiel li nebbaħniehom, minn nies l-ibliet, (u la bgħatna nisa u lanqas angli jew ginn). Jaqaw (dawk li caħdu t-twemmin) ma terrqux fuq l-art, u ma rawx kif kien tmiem dawk (il- ħziena) ta' qabilhom (biex forsi jieħdu tagħlima) 7 Izda l- Aħħar Dar hija l-aħjar għal dawk li jibzgħu minn Alla. Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)
حَتَّىٰ إِذَا اسْتَيْأَسَ الرُّسُلُ وَظَنُّوا أَنَّهُمْ قَدْ كُذِبُوا جَاءَهُمْ نَصْرُنَا فَنُجِّيَ مَن نَّشَاءُ ۖ وَلَا يُرَدُّ بَأْسُنَا عَنِ الْقَوْمِ الْمُجْرِمِينَ (110)
Meta l-Mibgħutin qatgħu qalbhom (minn nieshom), u dehrilhom li kienu mgiddbin, giethom l-għajnuna (u r- rebħa) tagħna, u nħeles kulmin ridna. Il-qilla tagħna ma titwarrabx minn fuq in-nies il-ħatjin
لَقَدْ كَانَ فِي قَصَصِهِمْ عِبْرَةٌ لِّأُولِي الْأَلْبَابِ ۗ مَا كَانَ حَدِيثًا يُفْتَرَىٰ وَلَٰكِن تَصْدِيقَ الَّذِي بَيْنَ يَدَيْهِ وَتَفْصِيلَ كُلِّ شَيْءٍ وَهُدًى وَرَحْمَةً لِّقَوْمٍ يُؤْمِنُونَ (111)
Fi grajjiethom (ta' Guzeppi u ħuni) hemm tagħlima għan-nies ta' dehen. (Dan il-Qoran) ma huwiex xi ħrafa li xi ħadd qala' minn zniedu, izda jseddaq dak li għadda qablu (fil-Kotba mqaddsa); tifsira bir-reqqa ta' kollox, u tmexxija tajba u ħniena għal nies li jemmnu
❮ Previous Next ❯

Surahs from Quran :

1- Fatiha2- Baqarah
3- Al Imran4- Nisa
5- Maidah6- Anam
7- Araf8- Anfal
9- Tawbah10- Yunus
11- Hud12- Yusuf
13- Raad14- Ibrahim
15- Hijr16- Nahl
17- Al Isra18- Kahf
19- Maryam20- TaHa
21- Anbiya22- Hajj
23- Muminun24- An Nur
25- Furqan26- Shuara
27- Naml28- Qasas
29- Ankabut30- Rum
31- Luqman32- Sajdah
33- Ahzab34- Saba
35- Fatir36- Yasin
37- Assaaffat38- Sad
39- Zumar40- Ghafir
41- Fussilat42- shura
43- Zukhruf44- Ad Dukhaan
45- Jathiyah46- Ahqaf
47- Muhammad48- Al Fath
49- Hujurat50- Qaf
51- zariyat52- Tur
53- Najm54- Al Qamar
55- Rahman56- Waqiah
57- Hadid58- Mujadilah
59- Al Hashr60- Mumtahina
61- Saff62- Jumuah
63- Munafiqun64- Taghabun
65- Talaq66- Tahrim
67- Mulk68- Qalam
69- Al-Haqqah70- Maarij
71- Nuh72- Jinn
73- Muzammil74- Muddathir
75- Qiyamah76- Insan
77- Mursalat78- An Naba
79- Naziat80- Abasa
81- Takwir82- Infitar
83- Mutaffifin84- Inshiqaq
85- Buruj86- Tariq
87- Al Ala88- Ghashiya
89- Fajr90- Al Balad
91- Shams92- Lail
93- Duha94- Sharh
95- Tin96- Al Alaq
97- Qadr98- Bayyinah
99- Zalzalah100- Adiyat
101- Qariah102- Takathur
103- Al Asr104- Humazah
105- Al Fil106- Quraysh
107- Maun108- Kawthar
109- Kafirun110- Nasr
111- Masad112- Ikhlas
113- Falaq114- An Nas